Coronavirus Għawdex Knisja Lokali

Data ġdida għall-Konsagrazzjoni tal-Isqof Anton Teuma

Minħabba l-miżuri ġodda li tħabbru iktar kmieni llum sabiex tkun kontrollata l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna, id-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret xi bidliet fil-programm uffiċjali tal-Inawgurazzjoni Episkopali tal-Ministeru ta’ Mons. Anton Teuma

Il-Konsagrazzjoni Episkopali tad-Disa’ Isqof tad-Djoċesi Għawdxija tmexxiet għal nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu fil-5.30p.m. fir-Rotunda Arċipretali San Ġwann Battista fix-Xewkija.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ talb bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali se tinżamm il-Ħamis 20 ta’ Awwissu fit-8p.m. fil-Kappella tal-Istitu tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fir-Rabat Għawdex. Din se ssir bil-magħluq.