Lokali

Fi triqithom lejn Bejrut biex jgħinu fi kċejjen

Ħames chefs rinomati bbażati f’Malta jinsabu fi triqithom għall-ġimgħa f’Bejrut fejn se jkunu qed jixtru, isajjru u jqassmu l-ikel lil dawk li ġew affetwati mill-isplużjoni li seħħet nhar l-4 t’Awwissu. .

It-Tnejn filgħodu, qabel telqu lejn Bejrut, Net News tkellem ma’ Hany Harb, Lebaniż li ilu jgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar 25 sena, fejn qalilna x’ser ikun qed jiġri matul din il-Ġimgħa f’Bejrut u x’ser jagħmlu bil flus illi nġabru minn dawn l-istess chefs

Għadd ta’ persuni bgħatu donazzjonijiet lil dawn ic-chefs biex jgħinu lin-nies li jgħixu Beirut. Fil-fatt, s’issa inġabret s-somma ta’ €41,000 filwaqt li wieħed għadu jista’ jibgħat id-donazzjoni tiegħu permezz ta’ dan is-sit-https://donate.wck.org/give/295659/?fbclid=IwAR32aBJRgYV5soo7hszKC2LbfNyF7Jbetooj_8RDFUOQECbi2whLUneIiHo#!/donation/checkout