Coronavirus Lokali Saħħa

Nightclubs, bars, discos magħluqin; l-ilbies tal-maskra issa obbligatorju f’kull post pubbliku magħluq

Segwi l-aġġornamenti hawn billi tgħafas ir-refresh button

Il-Gvern se jkun qed iwassal konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Kif tħabbar ilbieraħ, illum mistennija jitħabbru aktar miżuri restrittivi.

Fearne se jkun qed jindirizza l-konferenza hu minħabba li Robert Abela reġa’ jinsab barra l-pajjiż.

12:00 Tintemm hawn il-konferenza tal-aħbarijiet

11:57 Bid-69 każ ġdid irreġistrati llum, il-każi total f’pajjiżna issa tela’ għal 1,375 u fl-aħħar 24 siegħa 10 persuni fiequ biex issa telgħu għal 759 il-persuni li fiequ. It-total ta’ każi attivi huma 607 (minnhom kienu mnaqqsa n-numru tal-każi tal-immigranti)

11:56 Fearne jgħid li f’ristorant ġewwa wieħed irid jidħol bil-maskra u jibqa’ biha ħlief biex jiekol u jixrob

11:55 Chris Fearne jerġa jonqos li jwieġeb dwar l-għażla tal-Prim Ministru li jerġa jmur Sqallija

11:54 Bħalisssa hemm 9 persuni fit-Taqsima tal-Mard Infettiv (IDU), 4 f’ward oħra Mater Dei, u 2 l-ITU, 13-il persuna fl-isptar Boffa, 13 f’St Thomas u 10 f’Mount Carmel Hospital

11:52 Hi tat ċifri marbuta ma spezzjonijiet differenti u multi li nħarġu u qalet li sfortunatment ikollok tati ċitazzjonijiet għax jibqa’ jkun hemm persuni li ma jimxux mad-direttivi

11:51 Dwar ċitazzjoniijet, il-Prof Gauci qalet li sa issa kien hemm aktar minn 47,000 spezzjonijiet fuq persuni fi kwarantina fejn ingħataw il fuq minn mitt multa.

11:45 Aktar ġurnalisti jistaqsu fuq il-Prim Ministru. Id-Deputat Prim Ministru jidher li qed isibha divertenti li jistaqsuh fuq il-vaganza tal-Prim, Ministru f’daż żmien delikat, jgħid li qed jaħlu l-ħin jistaqsu l-istess mistoqsija, u jidħaqha

11:44 Mistoqsi jekk jarahiex f’lokha li l-Prim Ministru reġa’ telaq lejn Sqallija f’nofs kriżi u bil-każijijet dejjem jgħolew, Chris Fearne qal li diġa wieġeb u li m’għandux aktar xi jżid

11:42 2,269 testijiet saru fl-aħħar 24 siegħa u minnhom ħarġu 69 każ ġdid

11:40 Chris Fearne jgħid li l-miżuri li tħabbru ma sarux għax talbithom l-Asssoċjazzjoni tat-Tobba

11:34 Bħalissa hemm 1,200 persuna fi kwarantina

11:32 Issa li reġgħu żdiedu l-persuni l-isptar irridu nżommu mal-miżuri, u tinħtieġ il-koperazzjoni ta’ kulħadd

11:31 Ġew identifikati l-aktar postijiet li kienu qed jipprezentaw problema

11:29 F’postijiet fejn ikun hemm konsum qawwi ta’ alkoħol ikun iktar diffiċili li tinżamm id-distanza u hu għalhekk li ddaħħlu dawn il-miżuri ġodda tal-lum

11:28 Il-Prof Charmaine Gaucia qalet li l-miżur li daħlu dejjem kienu bbażati fuq evidenza, u kienet qed issir evalwazzjoni li tagħti informazzjoni importanti biex b’hekk ikunu identifikati l-problemi

TIĠIJIET BILQEGĦDA BIR-REGOLAMENTI BĦAL TAR-RISTORANTI

11:24 Mit-28 t’Awwissu, tiġijiet jistgħu isiru biss f-forma ta’ ikla, bil-mistednin bilqegħda u b’regoli bħal dawk ta’ ristoranti. Ikel u xorb ikun servut lilhom mill-waiters

11:22 Jekk qed tagħti lift lil xi ħadd, hu rrakkomandant li tintlibes il-maskra wkoll

IL-MASKRA HI OBBLIGATORJA F’KULL POST PUBBLIKU

11:21 L-ilbies tal-maskra issa hija obbligatorju f’kull post pubbliku

11:20 Imħabbar limitu wkoll ta’ massimu ta’ 15-il persuna fi grupp, minn nhar l-Erbgħa fit-8.00am

JINGĦALQU CLUBS, NIGHTCLUBS U DISCOS

11:19 Minn nhar l-Erbgħa fit-8.00am clubs, nightclubs u discos se jkunu magħluqin. Anke bars u każini se jkunu magħluqin għajr għal dawk li magħhom għandhom ristorant. Boat parties ukoll huma projbiti

11:19 Din il-lista se tkun riveduta darba fil-ġimgħa

11:19 Il-pajjiżi fuq il-lista l-oranġjo jitħabbru aktar tard illum

11:18 Issa se tkun introdotta lista oranġjo li se tkun effettiva minn nhar il-Ġimgħa f’nofsillejl, u se tobbliga lil persuni ġejjin minn dawk il-pajjiżi li jipproduċu kopja ta’ test negattiv li mhux antik aktar minn 72 siegħa

11:15 Sa issa kelna żewġ listi differenti tal-pajjiżi li minnhom jiġu persuni minnhom lejn Malta. Waħda lista ħamra ta pajjiżi li persuni ma setgħux jiġu Malta minnha, u dik ħadra li minnha setgħu jidħlu persuni

11:14 Mil-lum se jiżdiedu miżuri ġodda ma’ dawk li hemm fis-seħħ biex jonqos ir-riskju tal-virus

11:13 Id-Deputat Prim Ministru qed jitkellem dwar iż-żieda ta’ riżorsi biex ikun jista’ jsir l-eżerċizzju tal-ittestjar, tal-contact tracing u tal-ispezzjonar

11:12 Chris Fearne jgħid li biex pajjiżna jibqa jrażżan il-virus irridu nidentifikaw lill-persuni infettati, nidentifikaw lilhom u lil dawk li jgħixu magħhom, inżommuhom fi kwarantina u li nżommu lin-nies milli jkunu viċin xulxin

11:10 Tibda l-konferenza tal-aħbarijet, bid-Deputat Prim Ministru jkun l-ewwel ma jindirizza l-ġurnalisti preżenti