Coronavirus Futbol Sport

Ħamrun Spartans u Żejtun Corinthians jissospendu t-taħriġ tagħhom

(Ritratt: Ħamrun Spartans FC)

Ħamrun Spartans u Żejtun Corinthians ħabbru li għal jiem li ġejjin se jkunu qed iwaqqfu t-taħriġ tagħhom wara li fil-partita ta’ ħbiberija li kellhom nhar il-Ġimgħa, wieħed mill-uffiċjali tal-partita rriżulta pożittiv għall-coronaviurs.

Iż-żewġ klabbs ħabbru li t-taħriġ se jibqa’ sospiż sakemm il-plejers u l-istaff kollu jiġi ttestjat filwaqt li għamluha ċara li l-ebda plejer jew staff ma għandu sintomi. Ħamrun ħabbru li huma qed jieħdu l-prekawzzjonijiet kollha neċessarji u ffumigaw l-grawnd fejn nlagħbet il-partita u anke d-dressing rooms.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret illum mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Dr. Charmaine Gauci fejn tħabbru numru ta’ miżuri restrittivi, il-Ministru Fearne qal li jinsab f’diskussjonijiet kontinwi mal-MFA u qal li hemm protokoll li qiegħed ikun segwit.