Wara theddida mit-tobba li se jippersistu u jżidu l-azzjonijiet industrijali tagħhom f’każ li ma jiddaħħlux miżuri ta’ restrizzjoni li jikkontrollaw it-tixrid tal-COVID-19, il-Gvern kien kostrett idaħħal miżuri ġodda biex ibenġel is-sitwazzjoni. B’hekk, il-Prim Ministru Robert Abela spiċċa jibla kliemu …wara li ftit tal-gimghat ilu kien qal li ma kienx se jiftaħ biex jerġa’ jagħlaq.
“Mhux qed nara li niftħu l-istabbiliment tagħna u jiġi Settembru u nagħlqu.” – 17 ta’ Mejju 2020
U issa, tliet xhur wara din id-dikjarazzjoni, il-Gvern spicca kellu jagħlaq mill-gdid numru ta’ stabbilimenti.
Fost il-miżuri mħabbra mill-Ministru tas-Saħħa, iddaħħlet il-lista l-oranġjo ta’ destinazzjonijiet; bin-nies li jkunu gejjin mill-pajjizi li jinsabu f’din il-lista, iridu jipproduċu swab test negattiv, bil-possibbiltà ta’ random testing.
“Iridu jipproduċu ċertifikat negattiv ta’ swab test tal-COVId-19 li ma jkunx iktar antik minn 72 siegħa.”
Iżda l-lista oranġjo ta’ pajjiżi ma tħabbritx fil-konferenza tal-aħbarijiet. Thabbar ukoll li b’effett mill-Erbgħa se jingħalqu l-istabbilimenti kollha ta’ divertiment.
Ix-xorb alkoħoliku jista’ jisserva biss f’ristorant flimkien mal-ikel mingħajr ħadd ma jkun bil-wieqfa.
“Kull min irid jiltaqa’ fi grupp, irid ikun ċert li l-grupp ikun t’anqas minn 15-il ruħ jew anqas. Per eżempju, jekk trid tagħmel xi BBQ f’xi mkien pubbliku, ma tistax tkun aktar minn 15-il ruħ.” Ġemgħat ta’ nies ta’ aktar minn 15-il ruħ mhux se jkun permessibli … per eżempju BBQ”
Minkejja dan, b’konsultazzjonijiet għaddejjin mal-awtoritajiet ekkleżjastiċi, il-quddies fil-knejjes ħa jibqa’ għaddej filwaqt li fuq l-isport, Chris Fearne semma speċifikament biss il-futbol u li għadhom għaddejjin tħaħdidiet mal-MFA. L-eżamijiet se jsiru ukoll u l-iskejjel xorta se jifthu.
Il-Ministru tas-Saħħa estenda ukoll l-użu obbligatorju tal-maskri għal postijiet oħra.
“ Ma’ dawk il-postijiet oħra li diġà huwa obbligatorju li tilbes il-maskra u jekk ma jsirx dan, teħel multa, minn nhar l-Erbgħa fit-8 ta’ filgħodu ħa jkun ukoll obbligatorju li ġo kull post pubbliku jew kull post li hu miftuħ għall-pubbliku imma li hu magħluq, il-maskri se jkunu obbligatorji. (…) Jekk inti qiegħed f’karozza u se tagħti rikba, il-maskra trid tintlibes ukoll.”
Tħabbar ukoll li mit-tmiem il-ġimgħa tat-28 t’Awwissu, it-tiġijiet iridu jsiru biss f’forma ta’ ikla.
“Qed nesiġu li mar-regoli eżistenti tal-lum, it=tiġijiet kollha jridu jsiru f’ambjent ta’ ristorant, mhux bilfors ġo ristorant, iżda kulħadd irid ipoġġi bil-qiegħda ma’ mejda ta’ 8 persuni, b’distanzi ta’ 2 metri bejn kull mejda.”
Intant…is-Supretedent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, tenniet l-appell tagħha ta’ protezzjoni massima ghall-anzjani u l-vulnerabbli.
“Il-maġġor parti tal-każijiet xorta qed ikunu fl-età medja iżda qed naraw żieda ta’ każijiet fost l-anzjani. Għalhekk -appell tagħna lill-anzjani u lil dawk li għandhom mard kroniku huwa dejjem li meta joħorġu, jagħżlu ambjent sigur fejn ikunu.”
//= $special ?>