Lokali

Jinstab katavru f’xaft ta’ appartamenti f’San Pawl il-Baħar

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm instab katavru ta’ raġel barrani f’xaft ta’ appartamenti li jinsabu fi Triq il-Ġifen f’San Pawl il-Baħar.

Minn informazzjoni li waslitilna jidher li l-katavru kien ilu hemm għal diversi jiem tant li l-ġisem huwa fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Immedjatament fuq il-post waslu Pulizija mill-għassa tal-Qawra kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili. Huma rnexxielhom jidħlu fix-xaft fejn sabu lill-vittma. Sa issa għadha mhux magħrufa l-identità tal-persuna mejta.

Għalkemm mhu qed jiġi eskluż xejn, l-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija huma li r-raġel seta’ waqa’ waħdu.