Futbol Sport

Joe Hart viċin li jiffirma ma’ Tottenham

(Ritratt: EPA)

L-eks gowlkiper ta’ Manchester City Joe Hart mistenni jiffirma ma’ Tottenham Hotspur fis-siegħat li ġejjin. Hu mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn mal-iskwadra ta’ Jose Mourinho.

Hart ilu mingħajr klabb minn meta spiċċa l-istaġun wara li ġie fi tmiemu l-kuntratt tiegħu ma’ Burnley fejn irnexxielu jilgħab biss tliet darbiet f’dan l-istaġun.

Ma’ Tottenham il-gowlkiper ta’ 33 sena se jkollu kompetizzjoni minn Hugo Lloris u Paulo Gazzaniga. Hart se jkun it-tieni akkwist għal Tottenham dan is-sajf wara li aktar kmieni akkwistaw lil Pierre-Emile Hojbjerg mingħand Southampton.

Fl-esperjenza tiegħu ma’ City Hart rebaħ dartejn il-Premier League, darbtejn il-League Cup u darba l-FA Cup. Hu lagħab ukoll 75 darba għat-tim nazzjonali Ingliż u kien qiegħed jikkonsidra wkoll li jmur jilgħab f’kampjonat ieħor.