Coronavirus Lokali Saħħa

Konferma tas-sospensjoni tad-direttivi: il-MAM tħeġġeġ lill-pubbliku jobdi l-miżuri

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija laqgħet il-miżuri li kienu mħabbra llum bil-għan li titrażżan l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna. Fi stqarrija, il-MAM qalet li l-miżuri mħabbra mill-Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci huma simili ħafna għal dawk li talbet l-Assoċjazzjoni tat-Tobba u għaldaqstant m’hemmx iktar lok għal azzjoni industrijali f’dan l-istadju.

Il-MAM tħeġġeġ lill-pubbliku biex josserva dawn il-miżuri ġodda u se tosserva mill-qrib li l-awtoritajiet jinforzaw bis-serjeta.

L-istqarrija ttemm li hu ta’ importanza vitali, kemm għas-saħħa pubblika kif ukoll għall-ekonomija nazzjonali, li n-numri jinżlu malajr jekk irridu nevitaw li ngħaddu minn lockdown.