Futbol Sport

Konfermata t-tkeċċija ta’ Quique Setien minn kowċ ta’ Barcelona

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, llejla tħabbret b’mod uffiċjali li Quique Setien m’għadux aktar kowċ ta’ Barcelona.

Din it-tkeċċija tasal tliet ijiem wara t-telfa umiljanti u eliminazzjoni mill-kwartifinali tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munich. F’dan l-istaġun ukoll, Setien naqas milli jirbaħ il-La Liga minkejja l-vantaġġ ta’ punti li Barcelona kien bnew fuq it-tim li spiċċa biex rebaħ il-kampjonat Real Madrid.

Rapporti minn Spanja matul il-jum indikaw li l-favorit li jieħu post Setien huwa l-kowċ Olandiż Ronald Koeman li fil-preżent huwa l-kowċ nazzjonali tal-Olanda.