Internazzjonali

L-Istati Uniti bl-ogħla temperatura qatt irreġistrata fuq bażi globali

Il-mewġa tas-sħana li qed tiddomina bħalissa fl-Istat ta’ Kalifornja (fl-Istati Uniti) x’aktarx li produċiet l-ogħla temperatura – 130 grad Fahrenheit (54.4 gradi Celsius)  li qatt kienet irreġistrata fid-dinja.  L-epiċentru tas-sħana hu indikat fin-National Park ta’ Death Valley (f’Kalifornja) bid-data relatata qed tkun ivverifikata mill-awtoritajiet tas-Servizzi tat-Temp Nazzjonali.

Ir-reġistrazzjoni tas-sħana rekord saret fl-inħawi ta’ Furnace Creek ( ġo Death Valley) u meta qabel, l-ogħla temperatura fid-dinja kienet ukoll irreġistrata f’Death Valley, fl-2013 fejn immarkat 129.2 Fahrenheit (jew 54 gradi Celsius)

Il-mewġa tas-sħana attwali qed tiddomina r-reġjun tal-Istati Uniti magħruf bħala l-west coast u fejn mistenni li t-temperaturi jkomplu jitilgħu din il-ġimgħa.

Is-sħana insapportabbli wasslet għal jumejn ta’ blackouts ( qtugħ tad-dawl) f’Kalifornja minħabba problemi li nqalgħu f’impjant tal-elettriku.