Coronavirus Internazzjonali

Mijiet jipprotestaw f’Madrid kontra l-obbligu tal-maskri

Protesti fi Plaza Colon f'Madrid

Mijiet ta’ persuni inġabru fil-belt Kapitali Spanjola Madrid sabiex jipprotestaw kontra l-obbligu li jintlibsu l-maskri l-ħin kollu f’postijiet pubbliċi.

Dan hekk kif Spanja qed tissielet ma żieda ġdida ta’ każi ta’ Coronavirus. Il-miżura tal-ilbies tal-maskri kienet iddaħħlet f’Mejju li għadda u kienet limitata għal fuq il-mezzi ta’ trasport pubbliku, iżda issa ġiet estiża għal kull post pubbliku.

Din il-miżura iddaħħlet jumejn ilu mill-Gvern Spanjol u kienet parti minn diversi restrizzjonijiet fosthom projbizzjoni ta’ tipjip fil-pubbliku.

Il-pajjiż kien ħareġ minn lockdown ta’ tliet xhur fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda. Spanja hu wieħed mill-iktar pajjiżi milquta fl-Ewropa bi 28,600 persuna jitilfu ħajjithom kaġun tal-Coronavirus.