Lokali Saħħa

Minn għada: Jeskalaw l-azzjonijiet tal-‘allied health professionals’

Wara ġimgħa ta’ azzjonijiet industrijali u ebda rieda tajba min-naħa tal-Gvern, il-UĦM Voice of the Workers ħabbret li se teskala l-azzjonijiet industrijali fost l-‘Allied Health Professionals’.

Dawn jinkludu diversi professjonisti fosthom l-Audiologists, Biomedical Scientists, Dental Hygienists, Dental Technologists, Occupational Therapists, Physiotherapists, Podiatrists, Radiographers u Speech Language Pathologists.

Fi stqarrija, il-UĦM qalet li minkejja li hemm ftehim sakdut bi tliet snin, il-Gvern għadu qed isabbat saqajh ma’ dawn il-front liners u mhux lest jagħti żidiet fil-pagi u kundizzjonijiet li jirriflettu l-irwolijiet ta’ dawn il-professjonisti. Dawn ilprofessjonisti huma pilastru ewlieni fil-qasam tas-saħħa tagħna u nuqqas ta’ ftehim kollettiv ġdid għal dawn il-ħaddiema jfisser kundizzjonijiet li jirriflettu rrealtajiet ta’ seba snin ilu.

Il-UĦM Voice of the Workers tfakkar li dawn il-professjonisti huma fuq quddiem nett sabiex iwaqqfu l-imxija tal-COVID-19 ġewwa Malta u għadhom sal-ġurnata tal-lum joffru servizzi essenzjali biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-poplu Malti billi offrew servizzi bħal: swabbing għal testijiet xjentifiċi fil-laboratorju.

Għaldaqstant, fin-nuqqas ċar ta’ rieda min-naħa tal-Gvern l-azzjonijiet minn għada huma:

• Operazzjonijiet mhux urġenti ser ikunu posposti
• Radiographers fl-emerġenza ser ikunu fuq go slow
• CTs, MRI u Theatres ser jiefqu sakemm mhux emerġenza
• Testijiet tad-demm mhux ser jiġu proċessati jekk mhux emerġenza jew
swabs tal-COVID-19

• Servizzi tal-Podjatrija ser jitnaqqas għajr għal servizzi urġenti kemm flisptarijiet u l-kura primarja waqt li servizzi fil-komunità mhux se jiġu
offruti.
• L-Occupational Therapists mhux ser jaraw pazjenti ġodda u mhux se joffru servizzi ta’ home visits.
• Każijiet ta’ nies li għandhom diffikultajiet biex jibilgħu l-ikel u x-xorb
(dysphagia) fil-komunità ser jiġu referuti għall-Casualty filwaqt li servizzi
fil-komunità ta’ Speech Language Pathology se jkunu mwaqqfa apparti
każijiet ġodda li se jingħataw vista waħda.
• Testijiet tas-Smigħ se jiefqu kollha.
• Il-Fiżjoterapisti ser ikunu qed jaraw każijiet respiratorji biss.

L-istqarrija ttemm li dawn l-azzjonijiet mhux qed jolqtu l-ħidma kontra l-imxija tal-Covid-19 iżda l-Union ma hi qed teskludi xejn jekk il-Gvern ser ikompli jsabbat saqajh.