Lokali

NIŻVELAW: “Burdell bil-kokaina” fil-Barracks tal-AFM fil-bidu ta’ dan ix-xahar; sitt suldati involuti

Is-suldati kienu bir-rest - skiet mill-Ministeru tal-Intern

Dan is-sit jista’ jiżvela li huma sitt is-suldati li qed jiġu investigati b’rabta ma’ skandlu ġdid li faqqa’ fl-AFM – l-iskandlu li jirreferi għal dak li ħafna qed isejjħulu “burdell ta’ kokaina”.

La l-Forzi Armati ta’ Malta u lanqas il-Ministru responsabbli Byron Camilleri għadhom ma wieġbu d-domandi ta’ Net News dwar din l-istorja … li oriġinarjament ħarġet fil-media soċjali fejn qed jingħad li ftit tal-ġimgħat ilu, fil-barrackts ta’ Ħal Far; suldati mill-B Company tal-ewwel reġiment tal-AFM li għamlu “burdell” f’shift “tal-klikka’, fejn kien hemm abbuż bid-droga kokaina.

Fil-post fuq facebook li kixef dan kollu, jingħad li l-istess suldati aktar tard mal-ġurnata allegatament kellhom ikunu għassa mal-Ambaxxata Franċiża armati b’armi tan-nar f’nofs in-nies bil-munizzjon.

L-istess post tallega li s-suldati li l-kumpanija tagħhom fi ħdan ir-reġiment tagħmel xogħol ta’ security ma’ San Anton, għassa fixed point mal-Palazzi ta’ Kastilja, Verdala u l-Girgenti, riedu joħorġu mill-barracks biex jixtru aktar droga kokaina għax kienet spiċċatilhom, b’suldat minnhom jitwaqqaf għax kien bla ‘gate pass’.

Meta ma tħallhiex joħroġ mingħajr pass, dan is-suldat allegatament gidem wiċċ is-suldat l-ieħor li kien qed jagħmel xogħlu meta waqqfu, biex grupp suldati oħra mbagħad arrestawh għax kien ‘ifferoċjat u kellu saħħa barranija’.

L-istess suldat irrifjuat li jagħmel test tal-urina li jindika preżenza ta’ droga.

Il-post jgħid li dan is-suldatt aggressiv kien diġà kellu każijiet oħra l-Qorti u kien instab ħati li sawwat Pulizija iżda ma ttieħdu l-ebda passi kontrih mill-AFM.