Coronavirus Internazzjonali

Pub f’Edinburgh jagħlaq minħabba li klijent ittestja pożittiv wara btala f’Malta

Il-pub affetwat li jinsab f'Leith Walk fil-kapitali Skoċċiża

Pub f’Edinburgh kellu jagħlaq sa nhar il-Ġimgħa wara li wieħed mill-viżitaturi tiegħu ittestja pożittiv għall-Covid-19. Hu kien għadu kemm ġie lura minn btala f’Malta.

Il-ġurnal Edinburgh News jirrapporta li r-raġel mar fil-bar il-Ġimgħa li għadda u ftit wara sar magħruf li ttestja pożittiv għall-virus. “Ħadna d-deċiżjoni li immedjatament nagħlqu l-bar u nieħdu l-miżuri meħtieġa,” spjegat Anna Lagerqvist Christopherson, waħda mis-sidien tal-pub.

Ir-raġel kien għadu kemm irritorna minn btala f’Malta u hu maħsub li kien infettat f’pajjiżna.