Lokali

Robert Abela mill-ġdid Sqallija…Fearne skomdu, u ma jwiġibx id-domandi tal-ġurnalisti

Tkompli l-holiday tal-Prim Ministru

Net News hu infurmat li kmieni dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela reġa’ sebaħ f’Marina di Ragusa wara li qasam lejn Pozzallo bil-Katamaran.

Quddiem din is-sitwazzjoni li sab ruħu fiha pajjiżna, ma naqsux id-domandi tal-media lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Viżibbilment skomdu, Fearne ma xtaqx iwieġeb dwar il-mawra ta’ Abela fi Sqallija. Ma weġibx lanqas jekk huwiex qed jaħdem bit-teleworking minn Ragusa stess.

Abela qed ikompli b’din il-vaganza filwaqt li pajjiżna qed jirreġistra aktar każi rekord ta’ Covid-19.

Chris Fearne tant kien skomdu b’din is-sitwazzjoni li saħansitra spiċċa jinkorla mal-ġurnalisti preżenti fil-konferenza stampa ta’ dalgħodu.