Lokali Qorti

Sentejn ħabs għal ‘bouncer’ bla liċenzja fuq droga u sieħbu lliberat fuq swat

Nemanja Vucicevic, ta’ 31 sena, residenti li Msida ġie kkundannat sentejn ħabs u ġie mmultat €1,000 wara li nstab ħati b’pusses u traffikar ta’ droga u li kien qed jaħdem bħala ‘bouncer’ meta ma kellux liċenzja.

Huwa nstab ħati li wettaq dan ir-reat f’distanza ta’ 100 metru minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Bħal sieħbu Nenad Anic, ta’ 40 sena, residenti l- Mellieħa, Vucevic ma nstabx ħati li fl-10 ta’ Marzu tal-2019 ikkaġuna ġrieħi gravi fuq Albaniż li kien ma’ sħabu Paceville.

Dan peress li l-Albaniż ma kienx konsisteni fix-xhieda tiegħu. Għaldaqstant mhux ċert li Anic, li qal fil-Qorti li kien jaħdem Havana bħla fattiga, kienx fil-post dak inhar li seħħ l-inċident u li aktar tard instabet id-droga.

Anic lanqas ma nstab ħati fuq nuqqas ta’ provi li kellu ponn tal-ħadid fejn huwa qal li dan kien propjetà ta’ Sirjan u li hu kien żammu għandu. Sadanittant fittxija fuq il-persuna ta’ Vucevic u fid-dar tigħu nstabu fost affarijiet oħra, sustanzi ta’ kannabis grass, kokaina, ecstacy u viagra.

Il-vittma, l-Albaniż Ervin Duraj qal fil-Qorti li fil-lejl in kwistjoni huwa kien barra ma’ xi ħbieb fil-post ta’ divertiment ġewwa Havana u madwar siegħa wara l -bouncers talbuh dokumenti ta’ dentifikazzjoni;

Duraj tahom il-karta tal-identità tiegħu u mill-ewwel sab ruħu fl-art waqt li kien qed jissawwat u ftakar li kien qed jaqla bil-ponn fuq wiċċu b’oġġett tal metall. Meta ġie mistoqsi jekk setax jagħraf lil xi ħadd fl-awla, Duraj qal li hu għaraf lill-imputat Vucicevic.

Madankollu sostna li Vucicevic ma kinex il-persuna li tah daqqa ta’ ponn lilu imma sempliċement ġiegħelhu joħroġ barra. Duraj qal li kien għaraf lill-imputat Anic u sostna li qatt ma kellu l-ebda problema ma’ Anic. L-allegat vittma fil-bidu iżda kien qal li ma kienx għaraf lill-akkużati.

F’xhieda sussegwenti Duraj sostna li meta identifika lill-akkużat mal-Pulizija huwa ma kienx ċert jekk kienx hu li sawwtu. Huwa ddikjara wkoll li qatt ma kellu l-ebda problema magħhom u li “din id-darba ma nafx x’ġara”.

Żied ukoll li din kienet l-ewwel darba li huwa mar l-Albaniżi lejn Havana. Waqt din xhieda oħra kkonferma li l-akkużat kienu l-persuni li attakkawh u kkonferma l-identità tagħhom.

Duraj qal ukoll li meta mar l-ewwel darba fl-għassa tal-Pulizija, ntbagħat l-isptar minħabba l-ġrieħi tiegħu u dam hemm għall-ġurnata u nofs. Huwa mar lura għand il-Pulizija wara li ħareġ mill-isptar.

Rigward il-lejl tal-inċident huwa qal li kien barra mal-ħbieb jiċċelebraw għeluq snin wieħed minnhom u li kienu marru Havana. Fir-rigward tal-identifikazzjoni tiegħu tal-akkużati huwa jgħid li kien jaf fejn seħħ l-inċident, u għalhekk hu u l-Pulizija marru dritt fil-post, bl-akkużati kienu barra, u huwa ndika lill-Pulizija min kienu.

Is-Surġent Mark Cremona qal li Ervis Duraj kien mar l-Għassa tal-Pulizija f’San Ġiljan fejn qal li kien ġie msawwat minn żewġ Serbi li jaħdmu Havana; huwa kien talab ukoll għall-kura medika, u għalhekk ittieħed l-isptar.

Aktar tard dakinhar, huwa kien mar lura l-għassa tal-Pulizija, b’ċertifikat mediku, u tahom id-dettalji ta’ dak li ġara l-lejl ta’ qabel. Duraj sostna li kienu miegħu uħud mill-ħbieb u kienu ħadu ritratti bis-simbolu tal-bandiera Albaniża.

Huma kienu fuq in-naħa tal-lemin tal-klabb ħdejn is-sufani u wara li l-‘bouncers’ resqu lejhom. Meta l-bouncers indunaw li kienu Albaniżi il-bouncers, bdew isawwtu lilu u lil sħabu u li tnejn mill-bouncers kellhom ponn tal-ħadid.

Ix-xhud qal fil-Qortili tnejn mill-kollegi tiegħu akkumpanjaw lil Duraj lejn Havana fejn wara li ġew identifikati ż-żewġ imputati, dawn ġew arrestati u ttieħdu l-Għassa tal-Pulizija.

Fi tfittxija li kienet qed issir fuq Vucicevic, dan kellu borża żgħira li kien fiha sustanza ħadra suspettata kannabis, waqt li Anic kellu ponn tal-ħadid. Huma kienu ammettew li jaħdmu f’Havana iżda bla permess.

Wara ġew meħuda fil-kwartieri tal-Pulizija u saret tfittxija oħra u fil-ħwejjeġ ta’ taħt ta’ Vucicevic instabu 10 qratas b’ sustanza ħadra, erba qratas b’sustanza bajda, u qartas li fih instabet pillola blu.

Vucicevic sostna li dawk il-qratas ma kinux tiegħu imma kienu mogħtija lilu minn persuna oħra. Imbagħad saret tfittxija fil-post fejn Vucicevic joqgħod ma’ ħames persuni oħra u f’kamra waħda, fil-gwardarobba kien hemm borża li fiha kien hemm sustanza suspettata mgeżwra f’diversi boroż tal-plastik u li din kienet kannabis.

Instabet ukoll blokka tar-reżina, u żewġ skali diġitali suwed. Instabet wkoll miżien ieħor u qartas li fih trab abjad. Fil-kexxun ħdejn is-sodda sabu dak li deher li kien kannabis imgeżwer fil-fojl, u ammonti f’Euros.

Instabu wkoll qratas vojta tal-plastik. Dwar is-sejba ta ’dawn l-oġġetti Vucicevic sostna li ma kinux tiegħu imma ta’ sieħbu, l-istess persuna li tah il-mediċini li nstabu fuq il-persuna tiegħu.

Iż-żewġ imputati ġew akkużati wkoll li aġixxew jew li kienu impjegati bħala gwardjani privati ​​f’post ta ‘divertiment mingħajr liċenzja meħtieġa. Mix-xhieda li ngħatat mir-rappreżentant ta’ Jobsplus ma jirriżultax li l-imputati kienu impjegati uffiċjalment f’Havana jew fi’xi post ieħor.

Mix-xhieda ta l-Ispettur Sarah Magri jirriżulta wkoll li l-ebda wieħed mill-imputati ma kellhom liċenzja biex jaħdmu bħala gwardjani privati. Dwar Nemanja Vucicevic akkużat b traffikar ta ‘kannabis u kokaina wara li kkonfoffa ma’ u li kellu fil-pussess tiegħu kannabis u kokaina.

Dan kollu f’ċirkostanzi li jindika li d-drogi ma kinux għall-użu personali tiegħu u li kkommetta dawn l-offiżi f’distanza ta’ 100 metru minn post fejn iż-żgħażagħ.

Il-Qorti qalet wkoll li jirriżulta li kif ammetta Nemanja Vucicevic stess, huwa kien ħa borża bid-droga Paceville u li kien tahielu sieħbu u fejn persuna oħra kellha tiġbor din il-borża. U li għal dan is- “servizz” kien se jirċievi ħamsin Ewro. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri.