Kunsilli Lokali Lokali

“Sindku tal-Laburisti biss” – Alessia Psaila Zammit

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech qed juri li se jkun Sindku tal-Laburisti biss. Qalet dan l-minority leader fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit wara li s-Sindku kkordina skeda biex tinfetaħ il-binja tal-Kunsill Lokali f’ħinijiet meta l-kunsilliera jistgħu jiltaqgħu man-nies. 

Iżda din l-iskeda, is-Sindku kkordinaha mal-kunsilliera Laburisti biss u ħalla għal kollox barra lill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista. 

Is-Sindku Laburista tas-Siġġiewi iniedi skeda fejn il-pubbliku jista’ jiltaqa’ mal-kunsillieri….laburisti biss

F’post fuq Facebook, il-kunsilliera tal-PN, Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia, ilkoll nfurmaw lill-pubbliku li huma la kienu kkonsultati fuq l-iskeda u tħallew għal kollox barra minnha. Fil-fatt, sostniet Psaila Zammit, il-Kunsilliera tal-PN saru jafu b’din l-iskeda minn fuq il-Facebook.

Alessia Psaila Zammit fakkret kif s-Sindku, eżatt wara li ħa l-ġurament, kien qal li se jaħdem lejn l-għaqda u se jaħdem mal-kunsilliera kollha. Iżda bl-azzjonijiet tiegħu diġa’ beda juri li se jkun Sindku diviżiv u Sindku tal-Laburisti biss. Alessia Psaila Zammit fakkret lis-Sindku, Dominic Grech li l-binja tal-Kunsill Lokali hija binja tal-komunitá kollha u m’għadhiex Każin Laburista.

Dominic Grech inħatar Sindku inqas minn xahar ilu, wara li l-ewwel Sindku Laburista tas-Siġġiewi, Kurstein Sant rriżenja wara sena biss fit-tmexxija u l-Viċi Sindku, Rodianne Haber ma aċċettatx l-kariga ta’ Sindku.