Lokali Saħħa

Tikkonsmawx dan il-prodott

Id-direttorat dwar is-Saħħa Ambjentali javża lill-pubbliku sabiex ma jikkonsmax dan il-prodott.

Isem tal-prodott:Cup Jelly
Ditta:Pipo
Data tad-durabbilita`:BB 24/02/2021
Lott:000032719

Wara informazzjoni li d-Direttorat irċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf tal-UE, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkonsmat minħabba li jista’ jwassal għal riskju ta’ fgar.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebaook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.