Futbol Sport

Vincent Kompany jirtira mill-futbol milgħub

L-eks captain ta’ Manchester City Vincent Kompany irtira mill-futbol milgħub u se jkun qiegħed jieħu l-irwol ta’ kowċ mal-klabb ta’ Anderlecht fil-Belġu.

Kompany ħalla lil Manchester City fis-sajf li għadda u ssieħeb ma’ Anderlecht bħala plejer -kowċ. Fi stqarrija l-klabb Belġjan ħabbar li Kompany se jkun qiegħed jieqaf mill-futbol milgħub u se jkun qiegħed jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin bħala kowċ full-time.

F’kummenti fuq il-midja soċjali, Kompany qal li issa huwa l-mument li jiffoka 100% fuq il-kariga ta’ kowċ filwaqt li jittama’ li jkun jista’ jgħin lil Anderlecht jaddattaw għal stil ġdid ta’ futbol.

Ma’ City, Kompany lagħab 350 darba u rebaħ erba’ darbiet il-Premier League, erba’ darbiet il-League Cup u darbtejn l-FA Cup. Hu lagħab ukoll 89 darba għal pajjiżu kien parti mill-iskwdra li spiċċat fit-tielet post fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.