Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 48 każ ġdid pożittiv

Ifiqu 7 persuni

Għal jum ieħor pajjiżna reġa’ rreġistra numru għoli ta’ każi pożittivi ġodda ta’ COVID-19… total ta’ 48 każ.

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm seba’ persuni oħra illi fiequ minn dan il-virus. B’hekk issa t-total ta’ każi attivi jitla’ għal 709 persuna filwaqt li t-total ta’ każi pożittivi huwa dak ta’ 1,528, bil-persuni li fiequ jammontaw għal 810.

Mill-każi rappurtati lbieraħ, 5 huma familjari ta’ każi pożittivi, 4 kellhom kuntatt dirett ma’ persuni li kienu rriżultaw fil-pożittiv, 3 kienu kollegi ta’ każi pożittivi, 2 mill-cluster tal-Isptar Monte Karmeli, 1 relata mal-cluster ta’ Paceville, 2 mill-cluster tal-Iskejjel tal-Ingliż u 9 mill-cluster tad-Djar tal-Anzjani. Il-każi rappurtati llum għadhom qed jiġu investigati.

In-numru ta’ swabs li saru fl-aħħar 24 siegħa jammonta għal 2,124.