Ċipru ngħaqad mal-lista ta’ pajjiżi li qed jieħdu restrizzjonijiet fil-konfront ta’ Malta.
Dan hekk kif fl-aħħar sigħat Ċipru waqqaf li l-Maltin jidħlu fdan il-pajjiż, ħlief għal dawk ċ-Ċiprijotti li jkunu qed jirritornaw lura lejn pajjiżhom. Dawn tal-aħħar jridu joqħgodu fi kwarantina għal 14-il ġurnata.
Minn kategorija A, Malta spiċċat f’kategorija Ċ, jiġiferi qabel ma kien hemm l-ebda restrizzjoni filwaqt li issa huma projbiti vjaġġaturi minn Malta ħlief għal residenti Ċiprijotti li jirritornaw lura d-dar. Spanja u l-Awstralja wkoll tqiegħdu fil-lista tal-Kategorija Ċ.
//= $special ?>