Għada fid-9 ta’ filgħaxija, fis-Centenary Stadium – Floriana jkunu fl-azzjoni kontra Fotbal Club CLUJ tar-Rumanija fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League.
Il-partita li ser tintlgħab bil-bibien magħluqa se ssir fuq leg wieħed, jiġifieri f’każ ta’ draw sad-90 minuta, tmur għall-ħin barrani u f’każ li tibqa’ fi draw il-partita tiġi deċiża permezz ta’ għoti tal-penalties.
Ritorn għal Floriana f’kompetizzjoni tal-UEFA fejn fil-ġranet li għaddew, kontinġent ta’ Floriana mmexxi mill-President Riccardo Gaucci u mill-kowċ Enzo Potenza kienu fi Gualdo Cattaneo fil-provinċja ta’ Perugia fejn għamlu il-pre-season bi tħejjija għal din il-partita.
Cluj immexxija minn Dan Petrescu li fl-aħħar gimgħat kien rikoverat minħabba li kien pożittiv għal Coronavirus, rebħu l-aħħar tliet kampjonati Nazzjonali tar-Rumanija u fl-aħħar ġimgħat fin-nuqqas ta’ Peterscu kienu mmexxija minn Valeriu Bordeianu. Cluj bla dubju jibqgħu l-aqwa tim fir-Rumanija b’esperjenza vasta f’kompetizzjonijiet tal-UEFA. Fl-aħħar snin rnexxielhom jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League fejn tispikka l-esperjenza tagħhom fl-istaġun 2012/13 fejn wara li temmew fit-tielet post fil-grupp tagħhom, huma sfaw eliminati minn Inter mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League.
Ir-rebbieħ minn dan il-konfront jikkwalifika għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League fejn l-avversarji ser ikunu Dinamo Zagreb tal-Kroazja, filwaqt li t-tellief jilgħab fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.
//= $special ?>