Lokali Saħħa

Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta mhux joffri hand sanitizer għall-pazjenti

Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta mhux qed joffri hand sanitizer għall-pazjenti li jżuru dan iċ-ċentru. U din is-sitwazzjoni ilha għal dawn l-aħħar sitt xhur, jiġifieri minn mindu pajjiżna beda jiġġieled il-pandemija ta’ COVID-19.

Persuni li tkelmu magħna qalulna li mhumiex iħossuhom siguri hekk kif f’post li sippost jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, mhumiex joffru l-iżjed ħaġa bażika waqt il-pandemija ta’ COVID-19. U dan meta l-Awtoritajiet tas-Saħħa kontinwament qed itennu biex wieħed jaħsel u jagħmel il-hand sanitizer m’idu ta’ spiss biex jevita t-tixrid tal-virus.

Jidher li l-impjegati, fosthom tobba u infermiera għandhom aċċess ta’ hand sanitizers iżda fis-swali pubbliċi m’hemm imkien. Dan qed iwassal għal riskju kemm għall-pazjenti, bil-maġġoranza tagħhom huma vulnerabbli, u anke għall-ħaddiema tas-saħħa li f’dan iż-żmien kruċjali huma tant importanti għall-pajjiżna.