Fi Franza l-partita tal-ftuħ tal-istaġun 2020-21 ġiet posposta wara li Marseille spiċċaw b’erba’ plejers li rrizultaw pożittivi għall-koronavirus.
Marseille kellhom jilgħabu kontra Saint-Etienne nhar il-Ġimgħa fl-ewwel minn tmien partiti ta’ tmiem il-ġimgħa fil-Kampjonat Nazzjonali Franċiż.
Il-Kampjonat 2019-20 fi Franza kien wieħed minn tal-bidu li f’April twaqqaf minħabba l-pandemija Covid-19, b’Paris St-Germain jingħataw it-titlu meta kellhom 12-il punt vantaġġ.
Marseille kontra Saint-Etienne issa se tintlagħab fis-16 jew fis-17 ta ‘Settembru.
Kelliem għaIl-kampjonat Franċiż il-ġimgħa li għaddiet informa lill-klabbs li skont il-protokoll tiegħu għal Covid-19 meta jkun hemm aktar minn tliet każijiet pożittivi fi club dan iwassal għal posponiment.
L-ex difensur ta ‘ Aston Villa , Jordan Amavi ttestja l-pożittiv il-ġimgħa li għaddiet, bi tliet plejers oħra jkunu wkoll pożittivi.
Marseille ħassru wkoll il-partita ta’ ħbiberija li kellhom jilgħabu kontra Stuttgart wara t-test pożittiv ta’ Amavi.
Marseille, li huma mmexxija mill-ex kowċ ta ’Chelsea u Tottenham Andre Villas-Boas, spiċċaw fit-tieni post fl-istagun li għadda.
//= $special ?>