Wara iktar minn 24 siegħa minn meta tħabbru miżuri ġodda relatati mal-COVID-19, il-Gvern ippubblika l-lista tal-pajjiżi li fuqhom se jkun hemm imposti numru ta’ miżuri minħabba l-Covid-19.
Din il-lista tinkludi l-Bulgarija, ir-Rumanija u fil-każ ta’ Spanja din tapplika biss għall-passiġġieri li ġejjin minn Barċellona, Girona u Madrid.
Fil-lista Oranġjo, dawk li jaslu Malta jridu jippreżentaw ċertifikat ta’ swab test negattiv li jrid jkun sar sa mhux iktar minn 72 siegħa qabel it-titjira. Il-passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina.
Dawn il-miżuri se jkunu effettivi minn nhar il-Ġimgħa ta’ 21 ta’ Awwissu f’nofsilejl.
Din il-lista se tiġi riveduta kull ġimgħa, u se jingħata ħamest ijiem ċans minn meta tiġi ppubblikata.
Il-Professur Charmaine Gauci ilbieraħ qalet li ġew preparati għadd ta’ Avviżi Legali biex joħorġu mill-Att dwar is-Saħħa mingħajr il-bżonn li jiġi ddikjarat Emerġenza tas-Saħħa Pubblika.
//= $special ?>