Lokali

“Ir-riżenja ta’ Peter Grech m’għandix tnessi n-nuqqasijiet”

“Ma jistax ikun li l-Avukat Ġenerali Peter Grech irriżenja mill-kariga għas-sempliċi raġuni li kellu wisq pressjoni wara l-kritika fil-konfront tiegħu.”

Dan ħareġ mill-editorjal tal-gazzetta Times of Malta, bl-editur jaghmel analizi tar-riżenja ta’ Peter Grech li thabbret mill-President ta’ Malta fil-15 t’Awwissu.

It-Times tfakkar li l-Avukat Generali kien instab ħati li kiser id-Drittijiet Kostituzzjonali tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia. Kien f’Diċembru li ghadda meta l-Qorti tal-Appell sabet lil Grech ħati li kiser id-drittijiet tal-Kap tal-PN meta rrifjuta li jagħti r-rapport tal-Inkjesta Egrant lill-Kap tal-Oppożizzjoni ….filwaqt li ma sab l-ebda problema li jgħaddih lill-Prim Ministru, u lil nies vicin tieghu.

L-Editorjal jgħid li Peter Grech ħoloq kontroversja sħiħa għan-nuqqas t’azzjonijiet tieghu…. filwaqt li kien parti mir-reputazzjoni hazina li ħa pajjiżna taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat. Fost l-akbar nuqqasijiet li jibqghu jissemmew….jispikka l-kaz tal-bank Pilatus u l-Panama Papers, meta quddiemu kellu provi cari, kif ukoll rapporti li kienu saru mill-FIAU.

It-Times tghid li hemm bżonn ikun hemm it-trasparenza kollha biex inkunu nafu verament għalfejn irriżenja.

L-Editorjal jagħlaq billi jinsisti fuq il-fatt illi minkejja li Peter Grech se jirriżenja minn Avukat Ġenerali, dan ma jfissirx li n-nuqqasijiet tiegħu waqt xogħolu qishom qatt ma seħħew… anzi, hemm bżonn investigazzjoni serja minn naħa tal-Pulizija.