Coronavirus Lokali Saħħa

“Irridu naħdmu lkoll flimkien” – Adrian Delia

“Il-Partit Nazzjonalista mhux biss ikkritika r-reazzjoni tal-Gvern fuq l-impatt ekonomiku u l-impatt soċjali. Għamilna proposti għal żmien l-ewwel mewġa u anke għal wara l-COVID. Kemm nistgħu nagħmlu iktar kieku l-Gvern jaċċetta b’umiltà li rridu naħdmu llkoll flimkien, b’mod għaqli u mhux selettiv għall-ġid tal-ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin.”

Hekk saħaq il-Kap tal-PN Adrian Delia meta kien intervistat fuq Net FM.

Adrian Delia appella biex Robert Abela minnufih jieħu deċiżjonijiet għall-ġid tal-poplu. Hu stqarr li ma jistax ikollok ekonomija b’saħħitha jekk ma jkollokx poplu b’saħħtu u fakkar kif id-deċiżjonijiet ħżiena tal-Gvern se jispiċċa jħallas għalihom il-pajjiż. Kien għalhekk illi mill-ġdid Adrian Delia appella biex il-Parlament jitlaqqa’ b’urġenza.

Meta kien qed jitkellem dwar il-kawża li fetaħ hu stess biex iġib lura l-isptarijiet, Adrian Delia fakkar kif il-Gvern Laburista għażel li jtihom iktar miljuni kbar fis-sena minkejja li m’għamlu xejn. Huwa saħaq li l-Gvern qed ikun immorali u wiegħed li se jibqa’ jikxef aktar provi biex dak li hu tagħna nieħduh lura.

Adrian Delia tkellem dwar ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali fejn saħaq li Peter Grech kellu obbligu li jipproteġi l-kostituzzjoni iżda minflok, iddefenda lill-barranin li serquna b’konfoffa mal-politiċi. “Jien irrid ngħix f’pajjiż fejn il-ġustizzja ma tħarisx lejn min int, se nibqgħu ngħafsu biex issir ġustizzja ma’ kulħadd, hu min hu.” stqarr Adrian Delia.