Lokali

Jinġabru €5,730 b’risq id-Dar tal-Providenza

Is-somma ta’ €5,730 ingħatat lid-Dar tal-Providenza minn Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb… liema donazzjoni tingħata kull sena.

Ta’ kull sena, għal dawn l-aħħar seba’ snin, huma jorganizzaw BBQ bejn il-ħbieb, bid-dħul imur kollu għad-Dar tal-Providenza. Din is-sena minħabba l-pandemija tal-COVID-19 il-BBQ ma setghax isir imma minflok saret is-solita ġabra ta’ fondi b’risq id-Dar.

Is-somma ta’ donazzjoni ġiet ippreżentata lil Nadine Camilleri Cassano, Amministratur tad-Dar tal-Providenza, li f’isem id-Direttur, Fr Martin Micallef, li jinsab indispost, ir-residenti u l-Amministrazzjoni tad-Dar irringrazzjat lil dawk kollha li għamlu donazzjoni.