Futbol Sport

Joe Hart jingħaqad ma’ Tottenham

L-eks gowlkiper ta’ Manchester City Joe Hart inqagħad ma’ Tottenham wara li temm il-kuntratt tiegħu l-istaġun li għadda ma’ Burnley. Huwa se jikkompeti ma’ Hugo Lloris u Paulo Gazzaniga għall-post mall-ewwel ħdax mat-tim ta’ Jose Mourinho.

Il-plejer ta’ 33 sena spiċċa bla tim wara sena biss ma’ Burnley, fejn lagħab tliet logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha. Hart kien it-tieni gowlkiper tat-tim, wara Nick Pope.

Il-plejer internazzjonali Ingliż rebaħ il-Premier League u l-League Cup darbtejn u FA Cup waħda ma’ Machester City. Wara li ħalla t-tim Ingliż, huwa sabha diffiċli ħafna jerġa jsib il-forma tiegħu.

Hart huwa t-tieni akkwist ta’ Tottenham das-sajf wara l-wasla ta’ Pierre-Emile Hojbjerg mingħand Southampton.