Lokali

L-Air Malta toffri biss nofs il-paga għall-impjieg lura

69 pilota jirritornaw l-uniform lura lill-Air Malta f'Ġunju
L-offerta tal-Air Malta hi dik ta' tnaqqis ta' 20% tal-paga tal-piloti impjegati u 50% tnaqqis fil-paga tal-piloti mkeċċija.

Wara offerta li saret mill-Air Malta, l-ALPA m’aċċettatx din l-offerta hekk kif din twassal għal tnaqqis drastiku fil-pagi tal-impjegati, kemm dawk li għadhom impjegati u wkoll id-69 pilota li tkeċċew fl-aħħar xhur.

L-offerta tal-Air Malta hi dik ta’ tnaqqis ta’ 20% tal-paga tal-piloti impjegati u 50% tnaqqis fil-paga tal-piloti mkeċċija, liema offerta ġiet irrifjutata waqt vot li ttieħed minn 53 membru fi ħdan l-ALPA. Dan hekk kif l-Air Malta qed tisforza lill-impjegati tagħha biex jaċċettaw tnaqqis fil-paga tagħhom għad-detriment tagħhom stess biex l-eks kollegi tagħhom jirritornaw lura għal xogħolhom.

Id-69 pilota kienu tkeċċew lura f’Ġunju wara li rrifjutaw li l-paga tagħhom tonqos drastikament, bl-ALPA dak iż-żmien tgħid li huma kienu ilhom biex jiġu mkeċċa u użaw il-pandemija ta’ COVID-19 bi skuża għal dan.