Coronavirus Lokali

L-Iżvizzera tpoġġi lil Malta fil-lista l-ħamra

Persuni li se jkunu qed jivjaġġaw lejn l-Iżvizzera minn Malta se jkollhom jagħmlu 10 ġranet fi kwarantina anki jekk jippreżentaw riżultat negattiv tal-Covid-19.

L-awtoritajiet Żvizzeri qalu li s-sitwazzjoni f’Malta hija ta’ riskju, u għalhekk Malta tinsab fil-lista l-ħamra tal-pajjiż.

Kull min ma jagħmilx kwarantina, jew jikser dan ir-regolament, se jeħel multa massima ta’ CHF 10,000 li jiġu ftit aktar minn €9,000.

Dalgħodu Ċipru żied numru ta’ restrizzjonijiet fil-konfront ta’ Malta.