Futbol Sport

Lazio ffrustrati wara li Silva ngħaqad ma’ Real Sociedad

(Ritratt: EPA)

David Silva ngħaqad mat-tim Spanjol ta’ Real Sociedad fuq kuntratt ta’ sentejn hekk kif ħalla lil Manchester City wara għaxar snin. Huwa kien mistenni li jingħaqad ma’ Lazio, b’rapporti Taljani jisħqu li kien intlaħaq ftehim ta’ tliet snin, iżda din l-aħbar waslet bħala sorpriża anke għat-tim ta’ Ruma.

Lazio wasslu messaġġ ta’ frustrar permezz ta’ wieħed mid-diretturi Igli Tare fejn qal li sema dwar dan it-transferiment, u għandu rispett kbir lejh bħala plejer imma mhux bħala raġel.

Fl-għaxar snin li Silva għamel fil-Premier League, hu rebaħ 11-il trofej, b’erba’ titli tal-Kampjonat Ingliż. Huwa lagħab l-aħħar logħba tiegħu fil-partita taċ-Champions League kontra Lyon meta daħal bħala sostitut. Manchester City ħabbru li ħa jonoraw iż-żmien tiegħu mal-klabb bi statwa quddiem l-Etihad Stadium.