Sport Sport Ieħor

Muguruza dubjuża għall-Open tal-Istati Uniti minħabba li weġgħat

(Ritratt: EPA)

In-numru 16 tad-dinja tat-tennis Garbine Muguruza tinsab dubjuża tattendix l-Open tal-Istati Uniti wara li weġgħat l-għaksa.

Hija diġa rtirat mill-Western u Southern Open li jibda nhar il-Ħamis li ġej, peròqiegħda tispera li tilħaq tirkupra għall-Open tal-Istati Uniti fi New York.

L-Ispanjola Muguruza rebħet l-Open ta’ Franza u ta’ Wimbledon, kif ukoll waslet fil-finali tal-Open tal-Awstralja.

S’issa, diġa hemm sitt tennisti minn l-aqwa għaxra tad-dinja li mhux se jattendu dan it-turnament, minħabba l-pandemija tal-coronavirus, fosthom in-numru wieħed tad-dinja Bianca Andreescu. Illum tħabbar li nstab persuna pożittiv għall-virus li jagħmel parti mit-tim li se jospita L-Open tal-Istati Uniti. L-assoċjazzjoni tat-tennis tal-Istati Uniti ħabbret li dan kien l-unika riżultat pożittiv minn 1,400 test.

L-Amerikana Serena Williams ikkonfermat li se tattendi, flimkien mar-rebbieħa tal-2018 Naomi Osaka, r-rebbieħa tal-Open tal-Awstralja Sofia Kenin u n-numru tlieta tad-dinja Karolina Pliskova. Min-naħa tal-irġiel, in-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic flimkien ma’ Andy Murray u Daniil Medvedev se jkunu qed jikkompetu wkoll.