“Irridu nieħdu deċizzjonijiet għall-ġid ta’ pajjiżna”.
Sostna dan id-deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Realtà fuq ix-xandir nazzjonali.
Fid-diskussjoni Bartolo tkellem dwar kif it-teknoloġija tista’ tkun t’għajnuna anki biex nagħmlu infurzar, biex ngħixu verament f’pajjiż sigur.
“Pereżempju ejja nsaħħu l-ħarsien fuq kif jaħdmu n-nies fil-kostruzzjoni, ejja verament ninfurzaw il-liġi… jekk ma nibgħatux in-nies, nistgħu noħolqu faċilment teknoloġija ġdida, li dawn l-affarjiet, ikun sorveljat anki bid-drone, għax id-drones ma hemmx ċans li jinxtraw”
Ivan J. Bartolo semma’ kif pajjiżna jeħtieġ li jisma’ aktar minn qatt qabel ideat innovativi miż-żgħażagħ fost l-oħrajn biex inħarsu l-ambjent tagħna.
“Iż-żgħażagħ tagħna ejja nagħmlu minn kollox biex f’Malta noħolqu ambjent li verament iħossuhom Ewropej, li jkollhom kwalità tassew fil-ħajja… Malta rridu noħolqu kultura ta’ start-ups li nattiraw l-ideat”
Ivan J. Bartolo tenna li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tibqa’ taħdem, titkellem ma’ kulħadd, biex kull settur jissaħħaħ, filwaqt li aċċena li l-PN se jibqa’ jħejji u joffri l-proposti u l-ideat tiegħu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>