Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ minn fuqu.

L-inċident seħħ fi Triq it-Tlett Ibliet, f’Bormla għall-ħabta tas-1.45pm.

Fuq il-post waslu l-Pulizija tad-Distrett biex jikkontrollaw it-traffiku filwaqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei tawh l-ewwel għajnuna, Aktar tard hu ttieħed l-Isptar għal kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.