Coronavirus Internazzjonali

Wara xahar, l-istat ta’ Victoria jirreġistra tnaqqis fil-każijiet

L-istat ta’ Victoria fl-Awstralja kellu l-anqas ammont ta’ każijiet ta’ Covid-19 f’temp ta’ xahar, dan wara li ġimgħat ilu dan l-istat kellu outbreak enormi ta’ każijiet ġodda.

Il-belt ta’ Melbourne kienet ilha xahar f’lockdown, u kellha wkoll anki l-curfew bil-lejl.

Bħalissa l-istat għandu 7,274 każ attiv, b’Victoria tibqa’ fuq allert u meqjusa bħala l-aktar stat li għandu każijiet.

Madanakollu fl-aħħar sigħat f’dan l-istat kien hemm 222 każ ġdid, u dan in-numru ta ftit nifs u tama li s-sitwazzjoni preżenti qed tiġi ftit ftit taħt kontroll.

Il-Kap tas-Saħħa ta’ Victoria, Brett Sutton ħeġġeġ lill-poplu jkompli jobdi r-regolamenti, u li m’għandhomx jibżgħu biex imorru jagħmlu t-test tal-Covid-19.