Futbol Sport

Barcelona jaħtru lil Ramon Planes bħala Segretarju Tekniku

(Ritratt: Barcelona FC)

Wara li fl-aħħar siegħat, Ronald Koeman ġie kkonfermat bħala kowċ ta’ Barcelona wara li tkeċċa Quique Setien, huma komplew bit-tibdiliet tagħhom u issa ħatru lil Ramon Planes bħala Segretarju Tekniku.

Planes se jkun qiegħed jieħu post Eric Abidal li nħall mill-kuntratt tiegħu fl-istess kariga. Fil-passat Planes ħadem bħala Direttur Sportiv ma’ numru ta’ klabbs fil-La Liga fosthom Espanyol, Alaves u Getafe kif ukoll fil-Premier League ma’ Tottenham.

Dan it-tibdil fit-tim Katalan qiegħed isir wara t-telfa u l-eliminazzjoni umiljanti ta’ 8-2 li Barcelona sofrew kontra Bayern Munich fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League.