Bayern Munich ikkonfermaw post fil-finali tal-UEFA Champions League wara li għelbu lil Lyon 3-0 permezz ta’ doppjetta minn Gnarby u Lewandowski. It-tim Ġermaniż se jaffaċja lil Paris-Saint Germain fil-finali nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu fid-21.00.
F’bidu pożittiv ħafna għal Lyon, kienu huma li kellhom l-ewwel opportunità fejn Maxence Caqaerret tefa’ ballun fit-tul għal Memphis Depay li waħdu mal-gowlkiper ixxuttja barra.
Fl-10 minuta, Bayern Munich kellhom ċans jiftħu l-iskor meta pass minn Robert Lewandowski poġġa lil Leon Goretza waħdu iżda spiċċa laqat il-ballun ħazin u tefa’ barra.
Mal-kwarta logħob, it-tim Franċiż tilfu ċans ieħor permezz ta’ Toko Ekambi fejn wara li ħarab lil Alphonso Davies kellhu x-xutt li ħabat mal-lasta.
Fit-18-il minuta, Bayern Munich fetħu l-iskor permezz ta’ Serge GNARBY wara li rċieva pass minn Joshua Kimmich, għamel ġirja lejn in-nofs u kkonkluda b’xutt b’saħħtu fir-rokna tax-xibka.
It-tim ta’ Hans-Dieter Flick ħa iżjed kontroll tal-partita, u wara żball fid-difiża, Gnarby kellhu xutt milqugħ minn Anthony Lopes.
Bayern Munich kabbru l-vantaġġ fit-32 minuta wara pass fil-kaxxa minn Ivan Perisic sab lil Lewandowski li falla milli kkonkluda bil-ballun spiċċa għand GNARBY u għamel id-doppjetta.
L-aħħar opportunità fl-ewwel taqsima waslet minn Lewandowski hekk kif falla ċans ieħor wara cross tajjeb minn Gnarby.
Lyon irrispondew immedjatament wara daqqa ta’ ras ta’ Marcelo kienet milqugħa minn Manuel Nueur.
It-tim ta’ Rudi Garcia baqa’ jipprova jsib il-gowl wara li pass tajjeb minn Houssem Aouar sab lil Ekambi waħdu iżda Nueur imblokka tajjeb ix-xutt.
VAR ħassret gowl ta’ Bayern Munich meta cross minn Muller kien imxellef minn Goretzka b’Coutinho kkonkluda iżda kien f’pożizzjoni rregolari.
Bayern Munich ikkonfermaw ir-rebħa permezz ta’ LEWANDOWSKI li b’daqqa ta’ ras ma falliex wara free kick preċiż minn Kimmich, biex assiguraw post fil-finali.
//= $special ?>