Coronavirus Lokali Saħħa

“Billi sservi pakkett crisps ma tibdilx il-ġenetika tal-virus” – MAM

Stqarrija oħra iebsa mill-Assoċjazzjoni tat-Tobba wara li l-Gvern ilbieraħ għamel U-Turn oħra 24 siegħa biss wara li ħabbar miżuri ġodda ta’ restrizzjonijiet.

Filwaqt li t-Tnejn, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li mil-lum kellhom jagħqlu l-bars, każini u n-nightclubs kollha għajr dawk li għandhom restaurant magħhom, avviż legali tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed tgħid mod ieħor.

Fl-istqarrija tagħhom it-tobba qalu li l-Gvern għandu joffri kumpens finanzjarju lill-bars ul –clubs u mhux jaġixxi b’irresponsabbiltà u jpoġġi f’periklu l-ħajjiet tan-nies.

It-tobba qalu li mill-konferenza tat-Tnejn, kulħadd fehem li  kienu biss dawk il-bars b’liċenzja li jservu wkoll ta’ ristorant li kienu se jitħallwe jibqgħu miftuħin, għaliex fi stabbilimenti fejn wieħed jibqa’ bilwieqfa hemm aktar riskju ta’ infezzjonijiet.  Huma qed jinsistu li jekk wieħed iservi pakkett crisps max-xorb, dan ma jbiddillekx il-liċenjza tal-istabbiliment, u lanqas ma jbiddel il-ġenetika tal-virus.

Fl-istqarrija t-tobba qalu li min fassal l-avviż legali qed jinsulta l-intelliġenza tal-poplu Malti.

Ir-rabja tat-tobba tasal wara li l-avviż legali tal-MTA jgħid li bar li jservi pakket crisps max-xorb jista’ jibqa’ miftuħ.

Il-kunsill tal-MAM se jkun qed jitlaqqa’ llum sabiex jiddiskuti jekk hux se jerġgħu ikunu rritattivati d-direttivi li kienu ġew sospiżi ftit tal-jiem ilu bit-tama li l-Gvern jara d-dawl.