Sport Sport Ieħor

Chris Froome mhux inkluż fl-iskwadra għat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Chris Froome mhuwiex inkluż fl-iskwadra ta’ Team Ineos li se tipparteċipa fit-Tour de France ta’ din is-sena.

Flimkien ma’ Froome li rebaħ dan it-Tour erba’ darbiet, Geraint Thomas ukoll se jkun nieqes għal din is-sena, biċ-ċiklista prinċipali se jkun ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet Egan Bernal. Il-kowċ tat-tim Dave Brailsford qal li Froome għad fadallu ftit taż-żmien ieħor biex jerġa’ jilħaq l-għola livell.

Fi tmiem dan l-istaġun, Froome se jħalli lil Team Ineos wara li laħaq ftehim ma’ Israel Start-Up Nation. Froome xorta waħda se jkun qiegħed imexxi lil Team Ineo fil-Vuelta a Espana f’Ottubru. B’hekk l-iskwadra ta’ Team Ineo għat-Tour de France se tkun iffurmata minn Egan Bernal, Richard Carapaz, Andrey Amador, Jonathan Castroviejo, Michal Kwiatkowski, Luke Rowe, Pavel Sivakov, Dylan van Baarle.