Coronavirus Lokali Saħħa

Covid-19: 47 każ ġdid, 13 minnhom sporadiċi

Ikompli tiela’ in-numri ta’ każi attivi ta’ Covid-19 hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 47 każ ġdid minn 2,261 swab test f’dawn l-aħħar 24 siegħa.

Fl-istess żmien fiequ 18-il persuna biex il-każi attivi issa hu ta’ 738. Mis-47 każ ġdid 6 kienu membri tal-istess familji ta’ każi magħrufa, 3 irriżultaw minn kuntatt dirett ma’ każi magħrufa u 13 huma sporadiċi, jiġifieri għad mhux magħruf minn fejn setgħu ġew infettati.

Il-Ministeru qal li l-każi li nstabu llum għadhom qed jiġu investigati. Meta wieħed iżid il-każi attivi mas-828 persuni li fiequ u d-9 persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom, it-total ta’ każi minn mindu feġġ il-virus f’pajjiżna hu ta’ 1,575 każ.