Lokali

FILMAT: Vetturi jinħakmu minn nirien fl-Iklin

Uffiċjali tal-Pulizija tad-distrett flimkien ma’ Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa fl-Iklin wara li nirien ħakmu tal-inqas żewġ vetturi.

Il-każ seħħ ftit wara 2pm fi Triq Ġużè Galea, qrib ir-round about maġġuri fil-lokalità wara li għal xi raġuni mhux magħrufa karozza pparkjata nbelgħet mill-fjammi qerrieda bil-konsegwenza li n-nirien bdew jaħkmu l-vetturi pparkjati ma’ ġenbha.

Filmat: Matt Vella

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li 3 vetturi nqerdu mill-fjammi li ġew ikkontrollati f’qasir żmien grazzi għall-intervent tal-pumpiera.

S’issa mhux magħruf x’wassal sabiex vettura ħadet in-nar.