Futbol Sport

Floriana eliminati minkejja prestazzjoni tajba

FLORIANA………………0

CLUJ………………………2

Floriana: I. Atkpan, E. Ruiz, D. Venancio, N. Leone, K. Keqi, J. Pisani (P. Paiber), M. Garcia, A. Cini (M. Beye), F. Cheveresan (M. Dias), R. Camenzuli, T. Fonseca

Cluj: C. Balgradean, A. Burca, C. Deac, M. Pereira (M. Susic), A. Chipciu (C. Golofca), O. Hoban, Camora, P. Vinicius, C. Mike, C. Itu (L. Aurelio), M. Rondon

Referee: L. Kopriwa

Asisstant referees: G. Becker, C. Ries

Skorjaw: C. Mike, C. Golofca

Fl-ewwel partita Ewropeja għal tim Malti dan l-istaġun, Floriana wara 27 sena rritornaw lura fil-UEFA Champions League u tilfu 2-0 kontra CFR Cluj. It-tim Rumen fetaħ tajjeb u fl-ewwel minuti xeħet pressjoni fil-kaxxa Furjaniża. Floriana rrispondew tajjeb. Fit-18 –il minuta Cluj kellhom opportunità tajba meta minn cross fil-baxx ta’ Pereira, Itu naqas milli jagħmel kuntatt tajjeb mal-ballun biex fl-azzjoni sussigwenti jkun hemm injury kerha bejn Keqi u Burca biż-żewġ plejers jaqsmu rashom.

Cluj komplew jiddominaw il-pusses tul l-ewwel taqsima u fl-43 minuta resqu viċin li jiftħu l-iskor meta minn azzjoni tajba bejn Chipciu u Itu l-konklużjoni ta’ Itu kienet blukkata fil-ħin minn Ryan Camenzuli. Fil-ħin addizzjonali tal-ewwel taqsima, Cluj impenjaw għall-ewwel darba lill-gowlkiper Furjaniż meta minn cross ta’ Pereira kien Rondon li b’daqqa ta’ ras ra lil Atkpan isalva.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Cluj appellaw għal penalty meta Pereira deher jitwaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jinjora għal kollox l-appelli. Fit-48 minuta Atkpan ħareġ ħażin għal cross minn fuq ix-xellug u Vinicius bir-ras naqas milli jikkonkludi għal ġewwa.

Cluj marru fil-vantaġġ fit-53 minuta meta minn corner qasir kien il-cross ta’ Pereira li sab lil MIKE li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Atkpan. Floriana resqu viċin il-gowl ta’ draw fl-54 meta minn pass ta’ Fonseca kien Leone li fl-aħħar ħin il-konklużjoni tiegħu kienet interċettata fl-aħħar mumenti mid-difiża ta’ Cluj. Fit-62 minuta freekick minn pożizzjoni tajba għal Floriana mogħti minn Venancio għadda barra minn fuq il-lasta ta’ Balgradean.

Seba’ minuti wara Floriana ngħataw freekick ieħor minn pożizzjoni simili bl-istess Venancio din id-darba jara l-ballun tiegħu jaħbat mal-barriera ta’ Cluj. Fis-77 minuta, Floriana resqu qrib il-gowl tad-draw meta l-konklużjoni fil-baxx ta’ Leone kienet salvata bis-sieq minn Balgradean. Fid-90 minuta, Floriana ngħataw freekick ieħor li din id-darba Paiber xeħet għoli. Cluj aċċertaw ruħhom mill-kwalifikazzjoni tard fil-ħin addizzjonali b’daqqa ta’ ras ta’ GOLOFCA.

It-tim mir-Rumanija issa fit-tieni rawnd ta’ din il-kompetizzjoni jilgħab kontra Dinamo Zagreb filwaqt li Floriana jilagħbu fit-tieni rawnd tal-UEFA Europa League.