Id-definizzjoni ta’ ikel servut minn bars jew każini hi waħda “sekondarja” u li għandha tiġi interpretata bħala snacks u platters. Fi stqarrija li tirreferi għall-Avviż Legali ippubblikat ilbieraħ dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-ftuħ ta’ bars u każini, l-MTA qalet li l-prinċipju ewlieni hu li ikel u xorb ikun servut biss lil klijenti bilqiegħda ma’ mejda.
L-MTA qed tirreaġixxi wara kritika qawwija li l-interpretazzjoni ta’ ikel servut tinkludi snacks hi biss mezz biex iktar bars jibqgħu miftuħin u jitnaqqar l-effett tal-miżuri mħabbra t-Tnejn li għadda.
L-MTA qalet li d-definizzjoni ta’ ikel servut minn bar jew każin għandha tiġi interpretata “b’raġjonevolezza u sens komun”. L-Awtorita’ qalet li wieħed jipprova jdur mal-ispirtu tal-liġi u jgħawweġ ir-regolamenti a skapitu tas-saħħa tan-nies mhux aċċettabbli.
//= $special ?>