Coronavirus Futbol Sport

Il-gowlkiper ta’ Roma Antonio Mirante pożittiv għall-coronavirus

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, il-gowlkiper ta’ Roma Antonio Mirante kkonferma li huwa rriżulta pożittiv għall-coronavirus. Il-każ ta’ Mirante ħareġ ftit jiem wara li Roma kkonfermaw żewġ każi pożittivi ta’ żewġ plejers li jilgħabu mat-tim tal-Primavera.

Mirante kiteb li hu jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u huwa asintomatiku. Hu kompla li jinsab f’iżolament u jittama li jfieq malajr kemm jista’ jkun biex ikun jista’ jissieħeb ma’ sħabu fit-tim fit-tħejjija għall-istaġun li ġej.