Lokali Saħħa

Il-MAM issejjaħ siegħa strajk għall-Ħamis filgħodu

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija ordnat siegħa strajk għat-tobba kollha li jaħdmu fis-settur pubbliku. Madankollu, din id-direttiva ma tgħoddx għat-tobba li jaħdmu fi swabbing centres.

Il-MAM qalet li l-istrajk – ordnat għall-Ħamis bejn it-8am u d-9am – se jsir bi protesta kontra dak li sejħet indħil politiku u mhux xjentifiku minn Ministeri oħrajn fil-konfront tas-settur pubbliku tas-saħħa.

Din id-direttiva ser tkun qed tapplika għat-tobba kollha li jaħdmu fis-saħħa pubblika, mill-grad ta’ foundation doctor għal grad ta’ konsulent. Il-MAM iċċarat li dan l-istrajk huwa riferut ghal dawk it-tobba li jaħdmu fl-amministrazzjoni fis-saħħa pubblika u mhux dawk li jaħdmu fi sptarijiet oħra. Dan filwaqt li din id-direttiva ma tgħoddx ukoll għall-Kap Uffiċjal Mediku u Surpintendent tas-Saħħa Pubblika.