Formula 1 Sport

L-għaxar timijiet tal-Formula 1 jilħqu qbil dwar il-Concorde Agreement

(Ritratt: Formula 1)

Il-Formula 1 ħabbret li l-għaxar timijiet laħqu qbil dwar il-Concorde Agreement fejn jinkludi regoli li bijhom it-timijiet iridu jikkompetu sal-2025.

It-timijiet ta’ Ferrari, Williams u McLaren ikkonfermaw li t-Tlieta waranofsinhar iffirmaw dan il-ftehim. Dan il-ftehim li fih jinkludi regoli li ġew imħabbar lura f’Ottubru tas-sena li għaddiet jgħid li se jkun qiegħed jara li t-timijiet kollha tal-Formula jkunu ugwali kemm b’mod finanzjarju u anke b’mod kompetittiv. Dan qiegħed isir biex l-Formula 1 tattira aktar nies fejn dan ikun ta’ benefiċċju għal kulħadd.

Il-President tal-FIA, Jean Todt qal li wara li ntlaħaq ftehim dwar da nil-Concorde Agreement, dan jassigura future aktar sostennibli għall-isport tal-Formula 1. Hu kkonkluda li fl-aħħar xhur waqt l-isfida tal-pandemija tal-coronavirus, dawk kollha nvoluti fil-Formula 1, ħadmu b’mod kontinwu biex ikun assigurat li dan l-isport ikun wieħed sostennibli u ġust.