Lokali

L-imxija f’Malta tfixkel il-filming ta’ Jurassic World

Il-kumpanija ċinematografika Universal ħabbret li l-iskeda pjanata għal ġbid tal-film “Jurassic World: Dominion” f’Malta ser tkun qed tiġi mnaqqsa wara ż-żieda ta’ każi ta’ Covid-19 f’pajjiżna.

Kelliema għall-kumpanija spjegaw li l-filming ser ikun qed jibda fl-aħħar ta’ dan ix-xahar u jissokta tul ix-xahar ta’ Settembru madanakollu l-ħidma ser tkun qed issir b’kawtela u attenzjoni, iżda l-ammont ta’ xogħol li ser ikun qiegħed jittellgħa ser ikun wieħed minimu meta kkumparat mal-pjan oriġinali.

Fl-aħħar jiem tħabbar li l-attur prinċipali Chris Pratt mhux ser ikun qed jiġi Malta u minflok ser ikun qed jaħdem ix-xeni li suppost ħadem fil-Gżejjer Maltin quddiem green screen.

Mal-wasla tal-membri tal-crew tal-film, fil-11 ta’ Awwissu, 4 minnhom ittestjaw pożittiv għal Coronavirus bil-konsegwenza li huma flimkien mal-kollegi tagħhom kellhom jitqiegħdu taħt kwarantina.