Mellieħi ta’ 56 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument ma’ raġel Olandiż, ta’ 33 sena residenti Ħal Luqa, fuq il-vapur t’Għawdex.
Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija u ssejjaħ ukoll tim mediku minħabba li r-raġel Mellieħi kien qed isofri minn xi ġrieħi.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura filwaqt li l-Olandiż tressaq il-Qorti t’Għawdex mill-Pulizija mixli quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq ir-raġel Mellieħi.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u ngħata l-libertà proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet.
//= $special ?>