Lokali

NIŻVELAW: Il-Pulizija qed timxi fuq it-teżi li ma kienx hold-up

Mistennija konferenza tal-aħbarijiet mid-Depot fil-Furjana

Kuntrarju għal dak li qed jiġi rrappurtat f’sezzjonijiet oħra tal-media, Net News jista’ jiżvela li l-Pulizija kważi qed tiskarta għal kollox it-teżi li d-delitt doppju ta’ Tas-Sliema jista’ jkun marbut ma’ attentat ta’ serqa. Tant hu hekk, li l-Pulizija ma sabet ebda sgass fir-residenza.

L-informazzjoni li kiseb dan is-sit minn diversi sorsi mid-Depot tindika li l-investigaturi qed jeskludu xenarji li issemmew fl-aħħar sigħat. Dan filwaqt li ġew interrogati numru ta’ persuni, u inġabret ix-xiehda kollha mingħand il-ġirien li jgħixu fi Triq Locker u Triq Tony Nicholl.

Ġew elevati ukoll numru ta’ filmati minn cameras tas-sigurtà filwaqt li bħalissa qed tkun konkluża l-awtopsja fuq il-katavri taż-żewġ vittmi.

Informazzjoni addizzjonali li waslet għand dan is-sit tindika li eżatt wara l-isparatura dehret karozza bajda taħrab b’veloċità kbira mit-triq.

Net News hu infurmat li fil-ħin li ġej il-Pulizija mistennija issejjaħ lill-ġurnalisti għal Crime Conference dwar dan il-każ.